L-erwieħ li ħallewna (#7947)

O Alla tiegħi! Dan huwa l-qaddej tiegħeK u iben il-qaddej tiegħeK li kien emmen fiK u fl-egħliem tiegħeK, u dawwar wiċċu lejK, maqtugħ għal kollox minn kollox barra minneK. Inti, fis-sewwa, minn dawk li juru ħniena l-aktar ħanin. 

Imxi miegħu, O Int Li taħfer dnubiet il-bnedmin u taħbi nuqqasijiethom, kif jidhrilhom is-sema ta’ tjubiteK u l-oċejan tal-grazzja tiegħeK. Ħallih jidhol ’il ġewwa minn truf il-ħniena tiegħeK tisboq kollox li kienet qabel issawru l-art u s-sema. M’hemmx Alla għajreK, li Jaħfer-Dejjiem, l-Aktar Ġeneruż.

*Igħid, imbagħad, għal sitt darbiet il-tislima “Alláh-u-Abhá” u mbagħad igħid għal dsatax-il darba kull wieħed minn dawn il-versi:

Aħna lkoll, fis-sew, inqimu lil Alla. 
Aħna lkoll, fis-sew, nitbaxxew quddiem Alla.
Aħna lkoll, fis-sew, devoti lejn Alla.
Aħna lkoll, fis-sew, nagħtu tifħir lil Alla.
Aħna lkoll, fis-sew, niżżu ħajr lil Alla.
Aħna lkoll, fis-sew, nistabru f’Alla.

*(Jekk il-mejta hi mara, igħid: Din hija il-qaddejja tiegħek u bint il-qaddejja tiegħek, eċċ...)

-Bahá'u'lláh
-----------------------

L-erwieħ li ħallewna (#7948)

O Alla tiegħi! O Int li taħfer id-dnubiet, li tagħti d-doni, li tkeċċi l-mard!
Fis-sewwa, nitolboK taħfer dnubiet dawk li ħallew il-libsa tal-ġisem u għolew lejn id-dinja tal-ispirtu.

O Sid tiegħi! Saffihom min-nuqqasijiet, keċċilhom id-dwejjaq tagħhom, u biddel id-dlam tagħhom f’dawl. Agħmel li jidħlu fil-ġnien tal-hena, naddafhom bl-ilma l-aktar safi, u ħallihom jaraw id-dwal middija tiegħeK fuq l-ogħla muntanja.

-`Abdu'l-Bahá
-----------------------

